Subscribe for email updates:

CHURCH SCHOOLS ENTRY

  • Print

DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA FIS-SENA 2012

Żomm ruħek aġġornat permezz ta’ Facebook

Errata Corrige

Dħul fl-Ewwel Sena Primarja Subien

.

Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal żball li hemm fl-ittra li ntbagħtet lil dawk li għandhom jiġu jirreġistraw lit-tifel tagħhom nhar il-Ġimgħa jew is-Sibt, 4 u 5 ta’ Mejju, 2012.

Fl-ittra hemm miktub li:

St Francis, Cospicua għandha 11 il-post vojt filwaqt li għandha 10 postijiet vojta.

Stella Maris, Balzan għandha 19 il-post vojt filwaqt li għandha 12 il-post vojt.

Jiddispjaċina ta’ kull inkonvenjent.

Il-Bord tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja

.

LISTI TAL-APPLIKANTI TAL-EWWEL KRITERJU (agħfas fuq is-sena rispettiva biex tniżżel)

.

POLZA TAL-GĦAŻLA (agħfas fuq is-sena rispettiva biex tniżżel)

.

POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI (agħfas fuq is-sena rispettiva biex tniżżel)

.


REGOLAMENTI (agħfas fuq is-sena rispettiva biex tniżżel)

.

AGĦFAS HAWN biex tniżżel il-lista bl-ismijiet tas-subien li applikaw is-sena l-oħra u li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew trasferiti għal Kindergarten 2. Din il-lista ġiet aġġornata fit-30 ta’ Jannar 2012.

.

INFORMAZZJONI DWAR L-APPLIKAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA – KRITERJI 1, 2 u 3


L-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja jsiru skont l-informazzjoni mogħtija hawn taħt. Min japplika għandu jieħu miegħu dawn id-dokumenti.

1.            Dokumenti meħtieġa mill-applikanti:

a.            Il-Kattoliċi jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija (oriġinali, u mhux fotokopja).

b.            Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla (oriġinali, u mhux fotokopja).

ċ.             Il-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel / tifla.  M’hemmx bżonn ta’ fotokopja.

d.            Żewġ ritratti tat-tifel / tifla (daqs tal-passaport).

e.            Jekk il-ġenituri huma separati jeħtieġ id-dokument riċenti li jindika l-kustodja tat-tfal.

f.             Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja:

Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja.

ġ.            Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:

i.              Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra;

ii.             Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri; u

iii.            Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola fejn jattendu l aħwa l-oħra.

g.            Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Impjegati, ta’ Transfers jew ta’ Skola tal-Knisja bla Kontinwità: Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-Kap tal-iskola.

għ.          Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Każijiet Umanitarji Gravi:

Spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet umanitarji gravi, iċ-ċertifikati rilevanti, inkluż dak tal-istatmenting moderating panel.

.

2.…………Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €10.

Fl-ewwel ġurnata jimtlew applikazzjonijiet ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-M;

fit-tieni ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z. Il-ġranet l-oħra huma miftuħa għal kulħadd.

.

3.…………Applikazzjonijiet skont L-Ewwel Kriterji: Djar/Aħwa/Impjegati/Transfers/Bla Kontinwità

Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom 12/14/15 ta’ Diċembru 2011 mid-9:00 sa nofsinhar

Applikazzjonijiet: f’St Elias u s-Seminarju 9/10 u 16/17 ta’ Jannar 2012 mid-9:00 a.m. sat-3:30 p.m.

.

4.            Applikazzjonijiet skont  il-Kriterju: Każijiet Umanitarji Gravi:

4.1          Dawk skont l-ewwel kriterji: Djar / Aħwa / Impjegati / Transfers/ Bla Kontinwità

Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom: 12/14/15 ta’ Diċembru 2011

Iċemplu għal appuntament 2779  0077: 9/10/11 ta’ Jannar 2012

Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana 16/17/18  ta’ Jannar 2012

4.2          Dawk skont it-tielet kriterju: Applikanti Oħra

Iċemplu għal appuntament 2779  0077: 30/31 ta’ Jannar u 1 ta’ Frar 2012

Applikazzjonijiet: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana, 6/7/8  ta’ Frar 2012

.

5.            Applikazzjonijiet skont il-Kriterju: Applikanti Oħra jsiru bejn id-9:00 ta’ filgħodu u nofsinhar f’dawn il-ġranet u skejjel skont din l-iskeda.

Kinder 1: Twieldu fis-sena 2009. Il-Ħamis u l-Ġimgħa 16-17 u 23-24 ta’ Frar.

St Angela – MsidaSt Angela – ŻabbarSt Francis – Msida
St Augustine College – PietàTheresa Nuzzo – Hamrun

Kinder 2:  Twieldu fis-sena 2008. It-Tnejn u t-Tlieta 23-24 u 30-31 ta’ Jannar.

St Angela – MsidaSt Angela – ŻabbarSt Joseph – Blata l-Bajda
St Augustine College – PietàStella Maris (St Aloysius Jr) – BalzanTheresa Nuzzo – Hamrun

Year 1: Twieldu fis-sena 2007. Il-Ħamis u l-Ġimgħa 26 u 27 ta’ Jannar u t-2-3 ta’ Frar

Kulleġġ Missjunarju San Pawl – RabatDe La Salle College – BirguSt Albert – Valletta
St Elias – Santa VeneraSt Michael – Santa VeneraStella Maris (St Aloysius Jr) – Balzan

Year 4: Twieldu fis-sena 2004. It-Tnejn u t-Tlieta 6-7 u 13-14 ta’ Frar

Kulleġġ Missjunarju San Pawl – RabatSt Albert – VallettaSt Michael – St Venera

Form 1: Twieldu fis-sena 2001. L-Erbgħa u l-Ħamis 8-9 ta’ Frar  u l-Ħamis u l-Ġimgħa 16-17 ta’ Frar

Kulleġġ Missjunarju San Pawl – RabatSt Albert – Valletta
St Aloysius College – B’KaraSt Michael – St Venera

.

6.            F’Jannar li ġej għandhom japplikaw għad-dħul:

Fl-ewwel sena kindergarten dawk li twieldu fis-sena 2009;

Fit-tieni sena kindergarten dawk li twieldu fis-sena 2008;

Fl-ewwel sena primarja dawk li twieldu fis-sena 2007;

Fir-raba’ sena primarja dawk li twieldu fis-sena 2004;

Fl-ewwel sena sekondarja dawk li twieldu fis-sena 2001.

Aktar dettalji fir-Regolamenti.